Skema ta' Fondi għal Avvenimenti Kulturali (f'Għawdex)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 20 Ottubru 2026

Ħarsa ġenerali

L-iskema ta’ Fondi għal Avvenimenti Kulturali f’Għawdex hija miżura tal-Ministeru għal Għawdex għal attivitajiet kreattivi u artistiċi mmexxija mill-komunità f’Għawdex. Hija tipprovdi l-opportunità għall-iżvilupp ta' proġetti artistiċi mmexxija mill-komunità għall-komunità, filwaqt li tiċċelebra d-diversità kulturali. Il-fond qed ifittex li jikkofinanzja proġetti li jinkoraġġixxu parteċipazzjoni kulturali, jippromwovu t-talent lokali u jagħti spinta lill-espressjoni kreattiva tal-komunità jew l-apprezzament tal-identità tagħha.

X’ser​ tingħata

Finanzjament biex ikopri spejjeż li joħorġu strettament mill-organizzazzjoni tal-avveniment propost.

Eliġibbiltà​​

Applikant jista' Jkun:

 

  • Organizzazzjoni volontarja; jew

  • Individwu indipendenti jew grupp ta' individwi; jew

  • Entitajiet; jew

  • Kunsilli lokali li jixtiequ jippreżentaw avveniment kulturali.

 

Fil-każijiet kollha (indikati hawn fuq), irid ikun hemm persuna ewlenija li tkun awtorizzata biex tirrappreżenta lill-organizzaturi. Din il-persuna trid tkun ċittadin Malti li jkollu indirizz permanenti f'Għawdex. 

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni tal Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekjar ta' Applikazzjoni

2 ijiem

Valutazzjoni ta' Applikazzjoni

2 ijiem

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek

Applika