Overview
Il-membri tal-midja jinħtieġu permess biex jattendu għal attivitajiet tal-Gvern. L-Access Cards jinħarġu kull sentejn u tmiem ta' kull perjodu ta' validità, l-applikant ikollu jimla l-applikazzjoni u jibgħatha d-Dipartiment. Detenturi tal-access cards ma jirċevux awtomatikament waħda mġedda imma jkollhom jibagħtu ittra ta' referenza bħala prova li għadhom impjegati ma' u\jew jikkontribwixxu lill-organizzazzjoni tal-midja rreġistrata.
What You'll Get
Access card safra għall-ġurnalisti, fotografi, camerapersons, eċċ.
Access card ħadra għal staff tekniku bħal riggers, audiopersons, technicians, eċċ.
Eligibility
Il-kategoriji tal-midja li ġejjin jistgħu japplikaw għal access card:
A) Impjegati ta’ organizzazzjonijiet tal-midja li jmexxu stazzjonijiet televiżivi jew tar-radju, gazzetti reġistrati, rivisti jew pubblikazzjonijiet reġistrati oħra. Hija meħtieġa ittra ta’ referenza mill-editur reġistrat tal-organizzazzjoni tal-midja tiegħek li tiddikjara li inti impjegat ta’ dik l-organizzazzjoni tal-midja partikolari, li tipprovdi aħbarijiet u/jew materjal ta’ ġrajjiet kurrenti.
B) Il-portals tal-aħbarijiet lokali online mhumiex legalment marbuta li jirreġistraw mal-Press Registrar. Impjegati ta’ organizzazzjonijiet tal-midja li jippubblikaw fuq portals ta’ aħbarijiet lokali online li ilhom attivi kuljum għal 3 xhur jew aktar jistgħu japplikaw ukoll. Ittra li tipprovdi informazzjoni rigward ir-reġistratur, ir-reġistrant u l-kuntatt amministrattiv tal-isem tad-domain; kif ukoll ittra ffirmata mir-reġistratur tal-isem tad-domain li tiddikjara li int impjegat ta’ dik l-organizzazzjoni tal-midja partikolari.
Ċ) Ġurnalisti, fotografi, jew camera persons freelance. Ittra ta’ referenza minn editur reġistrat li tiddikjara li inti tipprovdi aħbarijiet jew materjal ta’ ġrajjiet kurrenti biex jiġi ppubblikat jew imxandar f’pubblikazzjoni jew stazzjon reġistrat.
D) Ġurnalisti, fotografi, jew camera persons freelance ġodda. Tinħareġ access card temporanja valida għal 3 xhur. Wara dan il-perjodu, trid tiġi ppreżentata ittra ta’ referenza kif deskritt fil-kategoriji Ċ u E rispettivament.
E) Korrispondenti lokali ta’ organizzazzjonijiet tal-midja barranin. Ittra ta’ referenza mill-editur tal-organizzazzjoni tal-midja barranija, li tiddikjara li inti tipprovdi aħbarijiet jew materjal ta’ ġrajjiet kurrenti li huwa ppubblikat jew imxandar fil-pubblikazzjoni jew stazzjon reġistrat.
F) Midja barranija waqt inkarigi lokali. Ittra ta’ referenza mill-editur tal-organizzazzjoni tal-midja tiegħek li tiddikjara li int impjegat ta’ dik l-organizzazzjoni tal-midja partikolari u li qed twettaq xogħol f’Malta, u tinkludi d-dati taż-żmien li matulu se tkun qed twettaq dan ix-xogħol. Access card temporanja tinħareġ għal inkarigi ta’ inqas minn 3 xhur.
Application Requirements
Imla l-formola online u ibgħatha.
Dokumenti meħtieġa:
i) Ittra/i ta' referenza.
ii) 2 ritratti daqs tal-passaport jew jpeg (bil-kulur)
Timeline
[{"Id":"c980225a-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni","StageNumber":1,"AddressName":"Dipartiment tal-Informazzjoni","AddressLine1":"3,","AddressLine2":"Castille Place,","AddressLine3":null,"AddressCity":"VALLETTA [Il-Belt Valletta (Ċittà Umilissima)]","AddressPostalCode":"VLT1062","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2200 1700","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":null},{"Id":"ebd73950-cea4-e911-80d5-005056860673","StageName":"Provvista tas-Servizz","StageNumber":2,"AddressName":"Dipartiment tal-Informazzjoni","AddressLine1":"3,","AddressLine2":"Castille Place,","AddressLine3":null,"AddressCity":"VALLETTA [Il-Belt Valletta (Ċittà Umilissima)]","AddressPostalCode":"VLT1062","AddressCountry":"Malta","AddressTelephone":"2200 1700","AddressEmail":"
[email protected]","Duration":"Ġurnata"}]
applika