Ħarsa ġenerali​

Kull min isib xogħol, anke jekk ikun għadu taħt probation, irid javża lil JobsPlus b’dan mill-ewwel, qabel ma jibda l-impjieg. Wieħed għandu wkoll jieqaf mir-reġistrazzjoni minnufih.

X’se tingħata

Inti trid timla din id-dikjarazzjoni meta ssib xogħol biex b'hekk ismek jitneħħa minn fuq ir-Reġistru tal-Ewwel jew it-Tieni Parti. Jekk tonqos milli tagħmel dan, inti tkun tidher li qed taħdem u tirreġistra fl-istess ħin u b'hekk jibda l-proċess tal-iStrike off.

Eliġibbiltà​​

Kull min qed jirreġistra għax-xogħol (kemm fuq l-Ewwel Parti u anke fuq it-Tieni Parti) u sab xogħol, għandu javża lis-Sezzjoni tar-Reġistrar biex jieqaf jirreġistra.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn, ipprintjaha, iffirmaha, u ibgħatha lil:

Jobsplus
Sezzjoni tar-Reġistrar
Diviżjoni tas-Servizzi tal-Impjieg
Ħal Far BBG 3000

Jew b’imejl fuq: [email protected]

Din il-formola ma tistax tiġi sottomessa onlajn minħabba r-rekwiżit ta' firma oriġinali.
applika