Ħarsa ġenerali​

Din l-applikazzjoni tippermetti lill-applikanti eliġibbli japplikaw għall-Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa. Din l-applikazzjoni hija mingħajr ebda preġudizzju għad-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa u għal parametri kollha tal-istaġun, inkluż id-dati tal-istaġun.

X’se tingħata

Liċenzja Speċjali għall-Kaċċa fir-Rebbiegħa

Eliġibbiltà​​

Persuni li għandhom:
  • Il-liċenzja ġenerali valida għall-kaċċa tal-għasafar fuq l-art
  • Sħubija f’għaqda rikonoxxuta tal-kaċċa mħallsa għal din is-sena
  • Polza ta’ assigurazzjoni valida għal din is-sena li tkopri terzi persuni
  • Il-liċenzja valida tal-ġarr tal-arma għall-kaċċa tal-għasafar fuq l-art maħruġa mill-Pulizija

Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet huma magħluqin.