• ID login
  • My Cases
  •  

Xogħol u Servizzi Relatati


X’qed tfittex​?

Search
One Stop Shops
fil-qalba tal-komunità
Avviż​
Servizz.gov > Xogħol u Servizzi Relatati > Servizzi tal-Impjiegi > Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali

Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali

  • Applikazzjoni għall-Fond ta' Garanzija

    Il-Fond ta’ Garanzija huwa maħsub biex jiggarantixxi l-ħlas ta’ pagi mhux imħallsin dovuti minn min iħaddem lil dawk l-impjegati li l-impjieg tagħhom ikun ġie mitmum minħabba l-insolvenza ppruvata ta' min iħaddem. Insolvenza sseħħ meta individwu jew organizzazzjoni ma jkunux għadhom f’pożizzjoni jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom.

    L-impjegat jintrabat li jirrifondi l-Fond somma ekwivalenti għall-ammont imħallas mill-Fond mill-Bord ta’ Amministrazzjoni fir-rigward tat-talba li tkun saret mill-impjegat minn kwalunkwe ammonti miksuba minn kwalunkwe proċedimenti tal-Qorti u minn kwalunkwe ħlas li jkun ġie rċevut mil-likwidatur, skont il-każ inkwistjoni.

    Kull persuna li tinsab ħatja li rreġistrat talba falza għal ammonti mhux imħallsa, jew li tinsab ħatja li aġixxiet f’kollużjoni ma' min iħaddem jew impjegat biex takkwista ħlasijiet mill-Fond, tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinsab ħatja, multa li hi ekwivalenti għal għaxar darbiet aktar tal-ammont imħallas mill-Fond, flimkien ma’ xi piena oħra li tista’ tkun applikabbli skont xi liġi oħra.
  • Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni ta' Trade Union/Assoċjazzjoni ta' min Ihaddem

    Trade union ġdida trid tiġi rreġistrata mar-Reġistratur tat-Trade Unions, skont l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
  • Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni ta' Tibdil Parzjali tar-Regoli

    Trade unions u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem jgħaddu minn bidliet organizzattivi minn żmien għal żmien, u jistgħu jkollhom bżonn ta' aġġornament fl-istatut. Dawn il-bidliet fl-istatut ikollhom bżonn jiġu rreġistrati mar-Reġistru tat-Trade Unions.
  • Notifika ta' Xoljiment ta' Trade Union jew Assoċjazzjoni ta' min Iħaddem

    Meta trade unions u assoċjazzjonijiet ta' min iħaddem ma jibqgħux jeżistu, is-Segretarju u t-Teżorier għandhom jgħarrfu lir-Reġistratur tat-Trade Unions bid-dettalji relatati max-xoljiment tal-organizzazzjoni tagħhom.
  • Talba biex jitħassar Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni

    Trade union jew assoċjazzjoni ta' min iħaddem tista' tħassar iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni tagħha sabiex tkompli topera b'mod ieħor, imma mhux bħala trade union jew assoċjazzjoni ta' min iħaddem.
  • 1
next
​​Freephone 153​
​
​​​
​​​​​​​​​​​​
​​
​​​​​​​ ​ ​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​​ ​​ ​
​
servizz logo  
​​​​​​​​​​Aghti marka lis-Servizz Pubbliku​ ​
​​​​​​​Liberta` tal-Informazzjoni​​​​
​cookie policy​
​termini ta' użu​
​​​dwarna​​
​​​​​​​opportunitajiet ta’ xogħol​
​​​​quality label​​
© Servizz.gov 2025